L-Għaqda Mużikali Immakulata kunċizzjoni tal-Ħamrun se torganizza Festa ta’ Diversità u Inklużjoni; serata li mistennija tkun waħda mimlija attivitajiet varji.
Fl-anniversajru tal-45 sena mit-twaqqif ta’ din il-banda, l-Għaqda Mużikali Kunċizzjoni ser ittella’ din il-festa sabiex tiċċelebra l-għaqda u d-diversità.
Il-President tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Antoine Scicluna sostna li din il-festa ser tkun qed tiċċelebra dak li jixpruna l-banda tkompli timxi ‘l quddiem, dan filwaqt li tiġi ċċelebrata l-kultura tagħna l-Maltin.
Din il-festa ser tinkludi talenti lokali u barranin, flimkien ma’ għadd ta’ bankarelli bl-ikel li jirriflettu kulturi differenti, kostumi tradizzjonali, xogħol ta’ artiġġjanat u mużika.
L-Assistent Segretarju Raphael Scerri sostna li din iċ-ċelebrazzjoni tmur lil hinn minn sempliċiment attività kwalunkwe; iżda ċelebrazzjoni li xtaqu jiċċelebrawha ma’ nies minn kull tarf tal-pajjiż.
L-attività ser ssir nhar il-Ġimgha li ġej mis-6pm ‘il quddiem, f’Misraħ il-Kappilan Muscat, fil-Ħamrun.
//= $special ?>