Lokali

ĠESÙ FIL-PROXXMU: Maratona ġbir ta’ fondi b’risq dawk fil-bżonn

Tirritorna l-maratona ġbir ta’ fondi Ġesù fil-Proxxmu b’risq persuni fil-faqar.

Dan hekk kif bħalissa, il-Fondazzjoni Ġesù fil-Proxxmu qed tiffoka l-ħidma tagħha fost persuni morda bil-malarja – għaliex minħabba n-nuqqas ta’ mediċini u l-ispejjeż warajhom, diversi persuni qed jispiċċaw jitilfu ħajjithom.

Dwar dan tkellimna mad-Direttur tal-Fondazzjoni, Fr Alex Cauch, li spjegalna wkoll dwar il-ħajja ta’ dawn il-persuni.

Fr Alex Cauchi kellimna dwar id-diversi proġetti li ħadet ħsieb s’issa din il-Fondazzjoni sabiex in-nies fl-Afrika jkollhom ħajja aħjar, fosthom bini ta’ skejjel u kappelli, u anke dwar proġetti oħrajn li għandhom f’moħħhom.

Ma’ Net News, Fr Cauchi spjega l-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva sabiex ikunu jistgħu jgħinu n-nies fl-Afrika.

B’Fr Alex Cauchi jwassal l-appelli tiegħu għall-għajnuna f’din il-maratona.

Il-maratona se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin, fosthom Net Television, il-Ħadd li ġej mill-11 am sal-11 pm.