Il-membri tal-grupp mużikali Oasis ikkonfermaw li se jerġgħu jingħaqdu flimkien għal tour fir-Renju Unit, u li eventwalment se jkompli f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. Bil-grupp jgħid li “l-istilel ġew allinjati”.
Din se tkun l-ewwel darba li l-aħwa Liam u Noel Gallagher se jdoqqu flimkien sa mis-sena 2009.
S’issa, it-tour se jkun qed isir madwar ir-Renju Unit u l-Irlanda f’Lulju tas-sena d-dieħla.
L-ibliet li ssemmew huma Cardiff, Londra, Edinburgh u Dublin. U ma’ dawn, kif wieħed stenna, hemm ukoll il-belt ta’ Manchester minn fejn oriġina dan il-grupp fil-bidu tas-snin 90.
Il-kunċerti mhumiex se jkunu qed jixxandru fuq it-televiżjoni.
//= $special ?>