Il-Prim Ministru Robert Abela spiċċa taħt pressjoni kbira sabiex jirtira lil Glenn Micallef, li kien in-nominat tal-Gvern għal Kummissarju Ewropew. B’sorsi li tkellmu ma’ Net News jikkonfermaw li Micallef żgur kien se jeħel meta jasal sal-proċess tal-grilling – xi ħaġa li bla dubju kienet se tirrifletti ħażin ħafna fuq pajjiżna.
Issa, it-Times qed tirrapporta li mill-Kummissjoni jridu mara li tiġi nominata f’isem Malta.
Li hu żgur hu, li ma jridux lil Glenn Micallef – persuna mingħajr ebda esperjenza Ministerjali, li kien sempliċiment il-Kap tas-Segretarjat ta’ Robert Abela f’Kastilja.
Kien f’nofs ix-xahar li għadda meta ħarġet l-aħbar li l-eks Chief of Staff ta’ Robert Abela kien qed jiġi nominat għall-Kummissarju Ewropew minflok Chris Fearne – li bħalissa għandu fuqu akkużi serji.
Glenn Micallef tant kien konvint li se jibqa’ sejjer bla problemi lejn Brussell, li fl-aħħar jiem kellu saħansitra laqgħat formali mal-MCESD. B’sorsi tagħna jgħidu li kien diġà avviċina diversi persuni biex ikunu parti mit-tim tiegħu bħala Kummissarju Ewropew.
Iżda issa, la Fearne u lanqas Micallef mhu se jaraw din il-ħolma tagħhom issir realtà.
//= $special ?>