Tenishia Thornton u Kim Camilleri Lagana ikkompetew fl-International Weightlifting Women’s Grand Prix f’ Baden, Awstrija. Kompetizzjoni li fiha din is-sena ħadu sehem 16-il pajjiż.
Kim Camilleri Laganá refgħet 67 kilo fis-snatch u 86 kilo fil-clean and Jerk għal total ta’ 153 kilo li huwa żewġ kilo aktar mir-record personali. Hija spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija taħt is-17-il sena u fit-tieni post fil-klassi 55 kilo tal-kbar.
Tenishia Thornton ikkompetiet fil-kategorija 64 kilo refgħet 88 kilo snatch sabiex fil-clean and jerk wara li refgħet 106 kilo u 109 kilo, falliet l-aħħar tentattiv fuq 112-il kilo biex għalqet b’total impressjonanti ta’ 197 kilo. Thornton temmet fl-ewwel post fil-kategorija 64 kilo tal-kbar, l-ewwel fil-klassifika ġenerali Juniors u r-tielet fil-klassifika ġenerali tal-kbar.
Din il-kompetizzjoni kienet bi preparazzjoni għall-Kampjonati tad-Dinja Juniors li għandhom isiru f’Settembru fejn se jikkompeti wkoll Rylee Borg.

