Il-plejer tal-Malta International Table Tennis Club Kim Taehyun irnexxielu jasal sal-finali tat-tournament prestiġjuż organizzat mill-World Table Tennis fil-Perù meta fis-semifinali tad-doubles hu lagħab flimkien mal-Franċiż Vincent Picard fejn għelbu lill-koppja Franċiża Alexis Kouraichi u Thibault Poret 3-1.
Eventwalment Kim Taehyun tilef il-finali tad-doubles tal-World Table Tennis Contender flimkien ma’ Vincent Picard meta ġew megħluba mill-koppja Franċiża Alexis Kouraichi u Thibault Poret 3-2.
Kienet logħba ferm bilanċjata biż-żewġ naħat li bdew jalternaw il-vantaġġ u b’Taehyun li lagħab logħba tajba ħafna. Fl-aħħar mill-aħħar il-Franċiżi kisbu l-punti li kellhom bżonn sabiex jirbħu dan it-turnew li sar fil-Perù.
Taehyun kien deċiżiv ukoll f’dan it-turnew speċjalment f’ċerti logħbiet kruċjali fejn irċieva t-tifħir mill-organizzaturi. Din hi wkoll l-ewwel darba li Malta spiċċat fil-podju internazzjonali speċjalment fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet.
//= $special ?>