‘Paradise’ hija s-single l-ġdida ta’ Matthew James li ħariġha ftit tal-jiem ilu bi tħejjija għall-album il-ġdid Ashes to Ashes li se joħroġ fil-jiem li ġejjin. Din kien wassalha flimkien ma’ kanzunetti oħra li wkoll se jkunu inklużi fl-album il-ġdid waqt il-prestazzjoni li ta flimkien mal-band tiegħu ftit tal-jiem ilu fil-Farsons Beer Festival.
Matthew James huwa kantawtur prolifiku li beda f’karriera mużikali mal-band lokali Red Electric fl-2008. Ma’ Red Electric kellu tliet albums Vine Lady (2010), The Unplugged Sessions (2012), u Inside You (2016) li ġabu tant popolarità lil dan il-band lokali. Huwa ħadem ma’ diversi artisti oħra li kellhom diversi suċċessi u unuri. Matthew James jistqarr li issa wasal iż-żmien li jniedi l-kanzunetti li kiteb għalih stess.
‘Paradise’ hija kanzunetta mexxejja li tinżillek tajjeb mal-ewwel darba li tismagħha. Tittratta dwar kif wieħed għandu jwarrab il-ħajja mgħaġġla u l-ġenn ta’ kuljum, u jsib il-kwiet mal-persuna li jħobb. Din għandha produzzjoni ta’ Howard Keith u Matthew James, mixed u mastered minn Howard Keith. ‘Paradise’ hija disponibbli fuq il-pjattaformi kollha ta’ streaming.
//= $special ?>