Internazzjonali

Mill-inqas erba’ vittmi wara attakk ieħor Russu fuq l-Ukrajna

Attakk Russu ieħor fuq l-Ukrajna u li seħħ ġurnata wara wieħed mill-ikbar attakki mill-ajru tal-gwerra sa issa.

Wara li mietu sebgħa fl-attakk ilbieraħ, ir-Russja reġgħet ikkonċentrat is-saħħa kollha tagħha fuq l-Ukrajna. Bit-tmexxija ta’ Kiev tindika li l-pajjiż jinsab taħt riskju kbir ta’ attakk bl-użu ta’ armi ballistiċi.

Dawn l-attakki qed isiru bħala “ritaljazzjoni” għall-invażjoni Ukrena fir-reġjun Russu ta’ Kursk.

Fl-aħħar sigħat waslet kundanna kbira mingħand il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, li qal li Moska mhix se jirnexxielha tirbaħ din il-gwerra. Hu żied li l-Amerika se tkompli tgħin l-industrija tal-enerġija fl-Ukrajna.