Futbol Sport

Floriana b’rebħa faċli fuq Żabbar St. Patrick

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

ŻABBAR ST. PATRICK………………0

FLORIANA………………………………….3

Żabbar SP: M. Grech, J. Micallef (R. Jovancic 46′), F. Bonilha (L. Agius 78′), B. Gambarte, S. Ilic (M. Azzopardi 46′), Z. Grech, D. Tavares (D. Oliveira Souza 46′), Vinicius (M. Ferreira 57′), J. Pedro, D. Jovicic, M. Barros Santos.

Floriana: C. Mafoumbi, O. El Hasni, J. Grech (S. De Flavia 87′), Thiaguinho, D. Vella, M. Garcia, C. Zammit Lonardelli (A. Garzia 62′), K. Nwoko (K. Reid 63′), F. Sasere, A. Kouro (G. Yameogo 63′), Fernandinho.

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: J. Spiteri, T. Debono

Floriana kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan l-istaġun meta għelbu lil Żabbar St. Patrick bl-iskor ta’ 3-0 li minn naħa tagħhom Żabbar sofrew it-tielet telfa minn daqstant partiti.

It-tim imexxi minn Darren Abdilla skorja tliet darbiet fl-ewwel 25 minuta. Kien kross ta’ Fernandinho bid-difensur ta’ Żabbar Vinicius f’tentatti li jtajjar il-ballun xeħet fix-xibka tiegħu stess. Il-Greens irdoppjaw fis-160-il minuta meta Dunstan Vella lagħab ballun tajjeb wara d-difiża ta’ Żabbar fejn kien Kyrian Nwoko li tefa’ wara Matthew Grech.

Floriana għamluhom 3-0 fl-24 minuta meta kien Franklin Sasere li kkonkluda wara li rċieva ballun ieħor fit-tul, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-partita.