ĦAMRUN S…………………….2
MELITA…………………………….1
Ħamrun S.: H. Bonello, M. Ellul, J. Mbong, R. Prsa, E. Domingos (E. Freitas 63′), J. Corbolan (S. Attard 63′), M. da Rocha, R. Camenzuli (W. Barros 63′), L. Raphael (V. Da Silva 46′)
Melita: G. Mizzi, A. Pena, J. Attard, K. Mohnani, A. Da Costa, M. Debattista (P. Galea Testaferrata 76′), A. Borg Olivier, M. Bovenkamp, J. Morlets (N. Cutajar 60′), K. Bondin (B. Cassar 83′), H. Motta (G. Barone 46′)
Referee: Daniel Casha
Assistenti Referees: M. Ciantar, K. Saliba
Ħamrun Spartans kisbu rebħa ta’ 2-1 f’partita li kienet waħda diffiċli għal Ħamrun wara li kienu Melita li fetħu l-vantaġġ fil-partita.
Din kienet l-ewwel telfa għal Melita fil-Kampjonat Premier hekk kif kisbu żewġ riżultati pożittivi fl-ewwel ħarġiet tagħhom. It-tim imexxi minn Clive Mizzi mar fil-vantaġġ wara seba’ minuti meta kienet inċertezza fid-difiża ta’ Ħamrun li mminha approfitta Matthew Debattista li kkonkluda f’lasta vojta.
Ħamrun wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs fit-22 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin kien Joseph Mbong li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Gosef Mizzi.
Il-gowl li wassal għar-rebħa ta’ Ħamrun wasal fit-72 minuta permezz ta’ penalty mogħti minn Luke Montebello.
//= $special ?>