Lokali Sport

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Paralimpiku se tkun inklużiva u spettakolari

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024 skont l-organizzaturi se tkun ‘inklużiva’ u ‘spettakolari’. Madwar 4,400 atleta se jinġabru fi Place de la Concorde u Champs Elysées għal ċelebrazzjoni li tibda llejla.

Bl-Obelisk quddiem u 65,000 spettatur fl-istands, iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tas-17-il Logħob Paralimpiku se titmexxa minn Thomas Jolly, l-istess direttur taċ-Ċerimonji tal-Ftuħ u tal-Għeluq tal-Logħob Olimpiku.

Għal tliet sigħat l-ispettaklu se jiffoka fuq il-ġisem tal-bniedem u se jġib flimkien ‘l-istorja u l-paradossi tagħha’ f’post għan-nies ta’ Pariġi kienu nqatgħu l-irjus tar-rejiet iżda li hija l-isbaħ triq fid-dinja. Il-koreografu ewlieni se jkun Alexander Ekman, ta’ fama dinjija b’aktar minn 50 kreazzjoni u li kkollabora mal-Pariġi u l-Boston Opera Ballet.

Ekman ikkonferma li ċ-ċerimonja se tkun avveniment festiv u politiku, flimkien mal-viżjoni ta’ Thomas Jolly, li fiha ż-żfin se jservi bħala messaġġ qawwi ta’ inklużjoni. Din hija l-ewwel darba li l-koreografu ħadem ma’ żeffiena b’diżabbiltà.

L-ebda artisti għadhom ma ġew ikkonfermati, iżda l-Kumitat Organizzativ iwiegħed vjaġġ mir-repertorju mużikali Franciż. Il-mużika se terġa’ tkun komposta minn Victor Le Masne, kompożitur tal-innu Olimpiku, u l-kostumi se jkunu ta’ Daphné Bürki. L-urna Olimpija se jerġa’ jinxtegħel u titla’ fis-sema ta’ Pariġi kull lejl, kif għamel matul il-ġimagħtejn tal-Logħob Olimpiku.