Sport

Il-premju Żarbun tad-Deheb għal Harry Kane

Fi Munich kapitali tal-Bavarja, l-attakkant ta’ Bayern Munich u l-Ingilterra Harry Kane irċieva l-premju Żarbun tad-Deheb bħala l-aktar plejer li skorja gowls f’kampjonat tal-futbol Ewropew. Kane skorja 36 gowl matul l-istaġun li għadda fil-Bundesliga, aktar minn kwalunkwe plejer ieħor fl-Ewropa. 

Minkejja għal tliet darbiet Haryy Kane kien l-aqwa skorer tal-Premier League Ingliż, huwa qatt ma rebaħ il-premju. Huwa ddeskriva l-premju bħala sensazzjoni meraviljuża.

Iż-Żarbun tad-Deheb huwa l-aħħar unur mirbuħ mill-attakkant f’lista twila ta’ premjijiet personali, iżda Kane għad irid jirbaħ titlu ta’ tim fil-karriera tiegħu. 

Infatti Kane u wisq aktar Bayern Munich l-istagun li għadda ma rebħu ebda unur jew kompetizzjoni mill-2012. 

L-ammont ta’ 36 gowl ta’ Kane fi 32 partita ma’ Bayern Munich, huwa biss ħamsa mir-rekord ta’ staġun wieħed li kellu l-eks attakkant ta’ Bayern Robert Lewandowski – dak ta’ 41 gowl.