Knisja Lokali

Il-vara ta’ San Gejtanu tiddaħħal fil-Bażilika ta’ San Andrea della Valle

Aktar kmieni llum, il-vara artistika ta’ San Gejtanu waslet f’Ruma.

Il-vara ttieħdet fil-kapitali Taljana fl-okkażjoni tal-500 sena mit-twaqqif tal-Ordni tal-Kleriċi Regolari tat-Teatini, li San Gejtanu stess kien waqqaf. 

Illejla wara quddiesa mill-Ġeneral tat-Teatini fil-Bażilika Minuri ta’ San Andrea della Valle, se jingħata bidu għall-attivitajiet.

Il-vara ta’ San Gejtanu se tintrefa’ u ssib postha f’nofs il-knisja fejn se tkun esposta. Imbagħad fil-jiem li ġejjin se tinħareġ f’pellegrinaġġ u tidħol fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.