Tinħoloq konġestjoni kbira tat-traffiku wara li kien hemm inċident fit-Triq Mikiel Anton Vassalli fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.
Kollox qed jindika li kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi bil-Pulizija tinsab fil-post u qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.
Kelliem għall-Pulizija qal li s’issa jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident filwaqt li appellaw sabiex in-nies jevitaw iz-zona u jagħmlu użu minn toroq alternattivi. Bħalissa t-triq tinsab kompletament magħluqa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>