Sport Sport Ieħor

Isir il-ftuħ tal-Paralimpjadi f’Pariġi

L-Erbgħa filgħaxija f’serata spettakolari sar il-ftuħ tal-Logħob Paralimpiku bil-Kumitat Organizzattiv iwiegħed li dawn il-Paralimpjadi se jibqgħu jkunu mfakkra.

Wara li l-logħob li kellu jsir f’Tokjo sar mingħajr spettaturi minħabba l-pandemija tal-Covid, u dawk ta’ Rio fl-2016 ma sarux minħabba problemi finanzjarji, il-pressjoni tinsab fuq il-belt kapitali Franċiża sabiex tipproduċi logħob aħjar minn dak li seħħ f’Londra fl-2012.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret f’Place de la Concorde, fejn matul il-jum tal-Ħamis mistennija jibdew jintrebħu l-ewwel midalji. Iċ-ċerimonja tal-għeluq se ssir fit-8 ta’ Settembru, fi Stade de France. S’issa aktar minn 2 miljun biljett ġew mibjugħa u jidher li għad fadal aktar minn 500,000 elf biljett.

Il-Paralimpjadi ta’ Pariġi se jkollhom rekord ta’ delegazzjonijiet u rekord ta’ atleti femminili.