Bejn is-27 u t-28 ta’ Settembru li ġej, iz-zona tal-Funtana tat-Tritoni se tkun mimlija b’għexieren ta’ wirjiet u stands interattivi u attivitajiet prattiċi għal edizzjoni oħra ta’ Science in the City.
J.E.D.I. hija t-tema tal-festival ta’ din is-sena, li tfisser ‘Ġustizzja, Ekwità, Diversità, u Inklużjoni’. Dan hekk kif id-dinja qed tgħaddi minn bidliet kbar speċjalment fl-ambjent, fis-sigurtà u fis-saħħa. Ir-riċerka hija essenzjali sabiex tindirizza sfidi kbar bħal dawn.
L-attivitajiet tal-festival ta’ din is-sena jinkludu wirjiet interattivi bl-użu ta’ robots miċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Università ta’ Malta, esplorazzjoni virtwali ta’ vapuri, bastimenti taħt il-baħar, ajruplani u postijiet oħrajn.
Matul dawn l-aħħar 12-il sena, Science in the City evolviet fl-akbar festival tax-xjenza u l-arti f’Malta permezz ta’ kollaborazzjonijiet innovattivi u kontenut impenjattiv.
B’viżjoni li tgħaqqad ix-xjenza, l-arti u l-edukazzjoni, il-festival issa sar jattira ‘l fuq min 30,000 viżitatur kull sena u jikkollabora ma’ kważi 100 organizzazzjoni.
//= $special ?>