Għawdex għandu bżonn pjan reġjonali speċifiku, jeħtieġ konnettività bl-ajru, li jinbena vapur ġdid għall-Gozo Channel, li jiġu implimentati l-masterplans għal Marsalforn u x-Xlendi, li jiġi żviluppat parkeġġ taħt l-art fir-Rabat, u li titnaqqas ir-rata tal-VAT għas-settur kulturali.
Hekk iddikjarat l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) meta aktar kmieni illum ippubblikat il-proposti tagħha għall-Budget 2025.
Fil-preżentazzjoni ta’ dawn il-proposti, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex qalet li tinsab imħassba minħabba l-iżvilupp eċċessiv u bla pjan li qed iseħħ fil-gżira Għawdxija. Il-GTA spjegat li dan il-bini kollu qed jaffettwa b’mod negattiv il-karattru Għawdxi, u bla dubju li qed iħalli impatt fuq l-esperjenza sħiħa tat-turist.
Intant, fost il-proposti għall-Budget, il-GTA qed issemmi wkoll il-ħtieġa ta’ aktar fondi għas-settur tad-diving u li jsir investiment f’hyberbaric chamber akbar fl-Isptar t’Għawdex.
Il-GTA trid li jiġu inċentivati niċeċ turistiċi ġodda. Iżda fuq kollox, qed tipproponi b’saħħa li l-Gvern ma jibqax jikkompeti mas-settur privat fl-ingaġġ ta’ ħaddiema.
//= $special ?>