Sensiela ta’ qtugħ fis-servizzi tal-IT, fl-aħħar sigħat, ikkaġunaw problemi notevoli għall-skedi tat-titjiriet madwar l-Olanda. Waqt li diversi titjiriet baqgħu l-art, il-ħaddiema maċ-ċivil lanqas ma setgħu jużaw il-kompjuters tax-xogħol – bl-uffiċjali tal-pulizija jispiċċaw kostretti li jikkuntattjaw lil xulxin bit-text messages.
Ingħad li din is-sitwazzjoni kienet dovuta għal qtugħ fin-network tal-Ministeru tad-Difiża Olandiż u meta l-awtoritajiet ikkonċernati qed jagħmlu minn kollox biex jirrestawraw is-servizz.
Intant, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħarsien tas-Sigurtà fil-Qasam Ċibernetiku sostna li l-qtugħ partikulari ma kienx dovut għal xi cyberattack jew xi hackers barranin.
Il-konsegwenzi sħaħ tas-sitwazzjoni lanqas ma kienu magħrufa wara li kelliem għall-Minsiteru tad-Difiża Olandiż ikkonferma li l-issue kienet relatata għal waħda mis-sistemi tal-Ministeru partikulari.
Fl-istess ħin, in-network speċifiku jintuża wkoll minn xi fergħat u taqsimiet oħra tal-Gvern Olandiż u li l-membri tagħhom ukoll spiċċaw affettwati.
//= $special ?>