Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lil Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha.
Matthew Tabone beda jaħdem fil-Parlament Ewropew fl-2013, u kien part mill-kabinett tagħha bħala Kap tal-Uffiċċju Privat u r-Relazzjonijiet Pubbliċi sa mill-elezzjoni tagħha bħala President.
Fl-aħħar snin, Tabone ikkordina timijiet differenti fi ħdan il-Kabinett, fejn fost l-oħrajn mexxa r-riforma tat-trasparenza u kellu l-inkarigu li jikkoordina l-involviment tal-President mal-pubbliku Ewropew qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Ġunju li għadda.
Matthew Tabone ħa post Leticia Zuleta De Reales Ansaldo, li saret id-Direttur tar-Relazzjonijiet mal-Parlamenti Nazzjonali fi ħdan il-Parlament Ewropew.
//= $special ?>