Lokali

‘Something Real’ hija t-tieni single ta’ Klinsmann

Noel D'Anastas

‘Something Real’ hija t-tieni single ta’ Klinsmannli meħuda mill-album il-ġdid tiegħu li se jitnieda dalwaqt, album li huwa pproduċut minn Jagged House Studios. ‘Something Real’ hija l-follow-up ta’ ‘Survivor’ li kienet inħarġet f’Marzu li għadda.

‘Something Real’ hija kanzunetta li tħaffer fil-vjaġġ trasformattiv mit-taqlib emozzjonali u nuqqas ta’ sodisfazzjon ta’ persuna falza għall-insegwiment ta’ awtentiċità u awtoespressjoni ġenwina. Il-kanzunetta twassal messaġġ qawwi u tittratta dwar l-importanza li wieħed iħaddan il-personalità vera tiegħu li jfittex konnessjonijiet reali. Klinsmann jinkoraġġixxi lis-semmiegħa biex il-persuna tħalli l-identità falza u l-ġiri bla waqfien għall-validazzjoni superfiċjali, u jfakkarna li l-kuntentizza u s-sodisfazzjon jiġu meta nkunu awtentiċi, aħna minn aħna.

‘Something Real’ qed titwassal b’vidjo minn Steven Levi Vella.