Sport

Stadju ieħor tat-Tour ta’ Spanja – La Vuelta

Wara waqfa ta’ ġurnata tkompla t-Tour ta’ Spanja – La Vuelta bl-għaxar stadju fuq medda ta’ 160 kilometru minn Ponteareas sa Baiona.

Suċċess għal Wout Van Aert tal-Belġju għal Team Visma Lease a Bike li temm fi 3 sigħat 50 minuta u 47 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ tliet sekondi fuq Quentin Pacher ta’ Franza għal Groupama. Fit-tielet post temm l-Ispanjol Marc Soler għal UAE Team Emirates b’distakk minn Van Aert ta’ 2 minuti u sekonda.

Fil-klassifika ġenerali wara l-għaxar stadju fl-ewwel post b’40 siegħa 5 minuti 54 sekonda saħħaħ postu l-Awstraljan Ben O’Connor għal Decathlon AG2R La Mondiale Team. O’Connor għandu vantaġġ ta’ 3 minuti 53 sekonda fuq Primoz Roglic tas-Slovenja għal Red Bull – Bora Hansgrohe. Fit-tielet post b’distakk ta’ 4 minuti u 32 sekonda jinsab il-Kolombjan Richard Carapaz għal EF Education Easypost.

L-istadju li jmiss huwa fuq distanza ta’ 165.5 kilometri f’Campus Tecnologico Cortizo Padron.