Fil-bidu tas-snin tmenin, Chris Cassar u DJ Godwin de Bono kienu iffurmaw il-grupp X-Tend – band ispirata minn isem ta’ Ironmongery, illi kien post fil-viċin fejn kienu jiltaqgħu.
Wara ġimgħat ta’ provi, il-band iddeċidiet li tirrekordja ftit mill-materjal illi għamlu, b’Vince Fabri u Charlie Dalli bħala vocals u Eric Calleja bħala backing vocals.
Net News Charles Dalli u Eric Calleja fissru kif kien il-bidu ta’ dan il-vjaġġ mużikali.
L-ewwel spettaklu tal-X-Tend kien fil-kumpless tal-Ħamrun Boys Scouts f’Settembru tal-1984 fejn wara ġew mistiedna jidhru fil-programm popolari ta’ dak iż-żmien ‘Arzella’ u mill-ewwel laqtu qalb l-udjenza bid-dehra friska u l-istil oriġinali tagħhom.
X-Tend issa għalqu 40 sena – 40 sena fejn fihom ħarġu kanzunetti ferm popolari mal-Maltin fosthom dawk ta’ żmien il-Milied.
Għalkemm għaddew 40 sena, huma insistew li mhux se jieqfu, għaliex il-mużika tfisser kollox għalihom. Tant u hekk li nhiedew album ġdid li zgur se jolqot lil bosta, l-iktar dawk li jiftakru l-aqwa snin ta’ dan il-grupp.
//= $special ?>