Il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul qed idaħħal paga ta’ €128,000 fis-sena – informazzjoni li iżammet mistura mill-Gvern, u li ħarġet biss wara talba li saret mill-ġurnal Times of Malta. Steve Ellul ingħata l-kuntratt ix-xahar li għadda biex imexxi Infrastructure Malta wara li kkontesta mingħajr suċċess l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista.
Matul l-aħħar snin Infrastructure Malta ffaċċjat numru ta’ kontroversji hekk kif diversi proġetti infrastrutturali damu ħafna sabiex tlestew; tant li l-istess entità ma kienx qed ikollha data uffiċjali meta proġett kellu jkun lest. Dan apparti li kien hemm numru ta’ każijiet fejn toroq kellhom isiru għal darba darbtejn – b’inkonvenjet kbir fuq ir-residenti kull darba li jerġgħu jinqalgħu.
Issa, Steve Ellul ħa post Ivan Falzon u l-paga tiegħu tinkludi diversi perkaċċi. Fil-fatt, Ellul huwa intitolat għal paga bażika ta’ €95,500 fis-sena, li tiżdied b’€1,000 fis-sena biex tilħaq total ta’ €97,500.
Huwa intitolat ukoll għal bosta allowences fosthom ħlas ta’ performance bonus, allowance tal-karozza li tilħaq l-€4,700 fis-sena, u allowance oħra ta’ €2,000 fis-sena għall-mobile.
Dan jammonta għal żieda sinifikanti fil-paga għall-Eks CEO ta’ Project Green, li kellu pakkett ta’ €81,000 meta kien inkarigat minn din l-aġenzija tal-Gvern.
Din mhux l-ewwel darba li l-klikka ta’ Kastilja mxiet b’dan il-mod biex taġevola lil dawk meqjusa tal-qalba. Bi stejjer bħal dawn, ikomplu jfakkru f’dak li kienet qalet id-deputat Laburista Rosianne Cutajar: meta ddikjarat li kulħadd qed jitħanżer.
//= $special ?>