Wara l-imwiet traġiċi ta’ tlett persuni f’inċidenti tat-traffiku, l-organizzazzjoni Doctors for Road Safety ħarġu stqarrija fejn indirizzaw in-nuqqas ta’ miżuri li hemm bħalissa biex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku u sostnew li l-Kummissjoni Investigattiva għas-Sigurtà fit-toroq għadha ma twaqqfitx
It-tobba qalu li dawn l-imwiet setgħu jiġu evitati u fakkru fuq il-ħtieġa li titwaqqaf Kummissjoni Investigattiva dwar is-Sigurtà tat-Trasport – li diġa’ kienet ippjanata. Fil-fatt, din il-Kummissjoni għadha lanqas biss issawret.
It-tobba qed jgħidu li hemm bżonn għal miżuri biex titjieb is-sigurtà fit-toroq, fejn fl-aħħar jumejn kien hemm aktar minn għaxar inċidenti tat-traffiku.
//= $special ?>