Enerġija Lokali

Jerġa’ jinqata’ d-dawl f’diversi lokalitajiet

Għall-ħabta tas-1pm, reġa’ nqata’ d-dawl f’diversi zoni fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Fost il-lokalitajiet affettwati hemm il-Marsa, il-Ħamrun, il-Blata l-Bajda u Tal-Pietà.

Il-Gvern minn dan ix-xahar beda jħaddem impjant temporanju li suppost kellu jipprovdi d-dawl kull darba li tinqata’ l-provvista. Iżda s-servizz tal-elettriku xorta mar, minkejja li inġieb dan l-impjant.

Dan mhux każ iżolat, hekk kif Lulju u Awwissu kienu karatterizzati minn qtugħ regolari fil-provvista tad-dawl – sitwazzjoni li taffettwa mhux biss eluf ta’ residenzi, iżda anke numru kbir ta’ negozji.