Il-Ħamis filgħaxija f’Monaco, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Champions League f’dik li għal dan l-istaġun se tkun l-ewwel edizzjoni b’format ġdid.
36 tim se jkunu qed jilagħbu tmien logħbiet kull wieħed, erbgħa logħbiet home u erbgħa logħbiet away, bl-aqwa tmien timjiet javvanzaw b’mod awtomatiku għall-fażi li jmiss filwaqt li s-16-il tim l-ieħor jilagħbu play-off bejniethom biex ikunu determinati t-tmien timijiet l-oħra li se javvanzaw. L-aħħar tmien timijiet fil-klassifika se jkunu eliminati.
Fost il-partiti li jispikkaw hija dik f’Anfield bejn Real Madrid u Liverpool, dik bejn Barcelona u Bayern Munich, PSG kontra Manchester City kif ukoll Inter kontra Arsenal.
Is-sekwenza tal-partiti se tkun maħruġa mill-UEFA nhar is-Sibt.
Intant fl-istess serata l-gowlkiper leġġendarju Gianluigi Buffon kien preżentat bil-President Award filwaqt li l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo kien ukoll premjat bħala l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni b’140 gowl.
//= $special ?>