Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li l-konklużjonijiet tal-Inkjesta Indipendenti li ġiet appuntata b’rabta mal-mewta traġika fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, għandhom jiġu konklużi sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Settembru.
Il-Bord li ser imexxi l-Inkjesta Indipendenti ser ikun magħmul mill-Imħallef irtirat J.D. Camilleri bħala Chairperson, u l-membri Herbert Felice u Sylvia Spiteri.
F’kummenti li ta llum lill-midja, il-Ministru Jo Etienne Abela hu kommess li jippublika l-konklużjonijiet tal-Inkjesta.
Skont il-liġi u l-prassi kif jiġri f’ċirkustanzi simili, inħatret ukoll Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

