MARSAXLOKK…………….0
BIRKIRKARA…………………2
Marsaxlokk: M. Drobnjak, Jefferson, K. Micallef (D. Bonnici 81′), N. Muscat, P. Nonato, Yuri (J. Ghio 84′), J. Arias, L. Dessypris (E. Pena Beltre 18′), A. Gomes, L. Aguirre, R. Scicluna.
Birkirkara: G. Volpe, M. Morello, A. Sandona, P. Gaitan (S. Dimech 72′), P. Mbong (A. Zammit 84′), K. Zammit, A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef (N. Cross 68′), A. Coppola, Maxuell (O. Siafa 72′)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: D. Spencer, J. Muscat
Marsaxlokk sofrew it-tielet telfa fil-Kampjonat Premier minn daqstant partiti meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 2-0 minn Birkirkara.
L-Istripes fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta Maxuell Maia twaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. L-istess Maia minn ħdax-il metru ma żbaljax biex skorja l-ħames gowl tiegħu matul dan il-kampjonat.
Fit-tieni taqsima, l-Ixlukkajri ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda kienu Birkirkara li għamlu l-iskor 2-0 meta kien freekick preċiż ta’ Alessandro Coppola li għat-tieni darba matul dan il-konfront għeleb lil Marko Drobnjak.
//= $special ?>