Internazzjonali

Pressjoni fuq Iżrael biex jieqfu l-attakki fix-Xatt tal-Punent

Wara li l-forzi armati Iżreali attakkaw territorju fix-Xatt tal-Punent, qed ikun hemm sejħa b’saħħitha min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex dawn l-azzjonijiet militari ma jkomplux.

Dan l-attakk – l-akbar operazzjoni Iżraeljana fir-reġjun fl-aħħar 20 sena – qed iqajjem tħassib kbir internazzjonali, hekk kif l-Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien mal-Kummisjonarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Janez Lenarcic, irrapurtaw li dan l-attakk qed jikser il-liġijiet u d-drittijiet umani.

L-eks ministru Iżreal Ayelet Shaked qal li din l-operazzjoni qed isseħħ bħala difiża, minħabba li l-Hamas qed jipprova jimmobilizza forzi armati ġodda fix-Xatt tal-Punent.

L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra sanzjonijiet għal xi wħud mill-Ministri Iżreali li qed jiksru liġijiet umani, u jippromovu diskors razzist kontra l-Palestinjani.