Lokali Qorti

Raġel jinfaqa’ jibki hekk kif il-Qorti tiċħad il-ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 38 sena mill-Birgu, infaqa’ jibki hekk kif il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest tiegħu. Huwa tressaq taħt arrest akkużat li kkaġuna lill-eks martu, li hija omm iż-żewġt itfal tagħhom, li kienet se tintuża vjolenza kontra l-proprjetà tagħha.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati. Il-Prokuratur Legali Peter Paul Zammit talab il-ħelsien mill-arrest. Sostna li l-klijent tiegħu dejjem segwa l-ordnijiet tal-Qorti u li missieru kien preżenti fl-awla tal-Qorti biex ikun ta’ garanzija għal ibnu. Barra minn hekk, il-Qorti tista’ toħroġ ordni ta’ protezzjoni.

Zammit spjega wkoll li l-klijent tiegħu kien spiċċa fil-Forensic Unit meta nħareġ l-ewwel mandat ta’ arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha li l-akkużat jingħata l-pleġġ. Il-Qorti, wara li semgħet is-sottomissjonijiet iddeċidiet li r-raġel għandu jinżamm arrestat, peress li l-vittma kienet għadha trid tixhed u kien hemm riskju li jbagħbas l-evidenza.

Malli sema’ l-aħbar, l-akkużat staqsa bla dubju: “Jien sejjer il-ħabs?” Hekk kif l-uffiċjali tal-pulizija ppruvaw jikkalmawh huwa qal; “Illum huwa għeluq sninha,” preżumibbilment b’referenza għal wieħed minn uliedu, u żied li “hija kienet wissietni li se teqredni.”

Imbagħad, ir-raġel infaqa’ jibki hekk kif il-Qorti imponiet ordni ta’ protezzjoni, pendenti proċeduri. Hija pprovdiet ukoll li l-aċċess tiegħu għat-tfal minuri tiegħu ma għandux jiġi affettwat mill-ordni ta’ protezzjoni.

L-Ispetturi Colin Sheldon u Christian Cauchi mexxew il-prosekuzzjoni.