BALZAN………………..2
NAXXAR L……………..0
Balzan: D. Golovic, S. Arab, M. Grima (T. Caruana 71′), N. Pulis, I. Westendorf (O. Awosanya 46′), J. Busuttil, H. Stanic, N. Zerjal, K. Williams, U. Ayo Akpan (G. Camilleri 82′), M. Ahadi (J. Grech 85′)
Naxxar L: M. Debono, P. De Assis Barreto, T. Yamaguchi (K. Haber 80′), N. Pace Cocks, M. Taumaturgo, E. Farias (S. Degabriele 81′), R. Cassar (N. Micallef 46′), L. De Almeida, W. Nogueira (K. Debono 65′), F. Pereira (G. Santos 65′), D. Jackson
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: V. Vasilev, M. Muscat
Balzan kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Naxxar Lions, li minn naħa tagħhom kienu għadhom ġejjin mir-rebħa fid-derby kontra Mosta.
Bidu mill-aqwa għal Balzan hekk kif fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti permezz ta’ Udoyen Ayo Akpan. It-tim immexxi min Dave Rogers, irdoppja u prattikament għalaq il-partita żewġ minuti wara permezz ta’ awtogowl ta’ Pedro De Assis Barreto.
Balzan sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta fit-28 minuta tkeċċa Jan Busuttil wara li rċieva t-tieni karta safra fejn minkejja dan ir-riżultat baqa’ ta’ 2-0 sat-tmiem.
//= $special ?>