Internazzjonali

Tifun fil-Ġappun – wieħed mill-aktar b’saħħtu f’dan is-seklu

S’issa, it-tiflun enormi Shanshan fil-Ġappun ħalla tliet vittmi u persuna nieqsa. Dan hekk kif l-awtoritajiet Ġappuniżi ordnaw aktar minn 5 miljun persuna jiġu evakwati mid-djar tagħhom.

Ħafna mill-evakwazzjonijiet li ġew ordnati qed isiru fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Kyushu, u ftit oħrajn fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Dan seħħ wara laqgħa tal-Kabinett immexxija mill-Prim Ministru Fumio Kishida.

Rapporti qed jindikaw li t-tifun qed jgħaddi madwar il-pajjiż bil-mod, u fl-istess ħin qed iħalli eluf ta’ nies mingħajr dawl.

Fil-jiem li ġejjin, it-tifun huwa mistenni jibqa’ sejjer lejn il-Lvant saċ-ċentru tal-Ġappun.