Sport

Suċċess għat-tim tar-Refuġjati fil-Logħob Paralimpiku

Zakia Khudadadi mit-tim ta’ Refuġjati għal-Logħob Paralimpiku, rebħet il-konfront tal-midalja tal-bronż fit-taqsima tan-nisa para taekwondo K44 -47kg wara li l-avversarja tagħha kienet kostretta li tirtira.

Is-suċċess tagħha fil-Grand Palais kien l-ewwel wieħed minn atleta refuġjata. Zakia, li għandha 24 sena, ħarbet mill-Afghanistan fl-2021 wara l-ħakma tat-Talibani u sabet rifuġju fl-Ewropa.