Sport Sport Ieħor

Alcaraz eliminat mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru tlieta Carlos Alcaraz kien eliminat mit-tieni rawnd tal-Open tal-Istati Uniti meta kien eliminat mill-Olandiż Botic van de Zandchulp 6-1 7-5 6-4.

Alcaraz li din is-sena diġa rebaħ l-Open ta’ Franza u Wimbledon qal li l-livell tiegħu matul il-partita baqa’ wieħed konstanti u ma nbidilx u b’hekk tilef din il-partita. Hu qal li għamel ukoll nurmu ta’ żbalji u meta prova jirkupra kien tard wisq.

Intant fil-kompetizzjoni tan-nisa, Coco Gauff li hija ċ-champion renjanti tal-Open tal-Istati Uniti rkuprat minn set minn taħt biex għelbet lil Elina Svitolina 3-6 6-3 6-3 u b’hekk avvanzat għar-raba’ rawnd.

Gauff tista’ ssir l-ewwel mara li jirnexxielha żżom dan it-titlu wara Serena Williams. Minkejja li Svitolina kellha bidu tajjeb, Gauff rkuprat u rebħet iż-żewġ sets ta’ wara.