Il-World Health Organization (WHO) ħabbret li ntlaħaq ftehim ma’ Iżrael biex il-gwerra tieħu pawsa għal tlett ijiem sakemm jingħata l-vaċċin lit-tfal f’Gaza mingħajr periklu. L-għan ta’ din il-kampanja hi li madwar 640,000 jibbenifikaw minn tilqima.
It-tfal ser jingħataw żewġ dożi din il-ġimgħa, u jerġgħu jingħataw dawn l-istess dożi erba’ ġimgħat oħra.
Louise Wateridge, kelliema tan-Nazzjonijiet Uniti f’Gaza, saħqet li ma jistax jingħata l-vaċċin lil dawn it-tfal meta hemm attakki preżenti u familji li qed jaħarbu mill-pajjiż.
Dan il-ftehim intlaħaq wara li tarbija ta’ 10 xhur ġiet parzjalment paralizzata wara li f’25 sena f’Gaza tfaċċa l-ewwel każ ta’ polio. Din it-tilqima se tingħata minn ħaddiema tan-Nazzjonijiet Uniti u ħaddiema oħra li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, b’għan li tieqaf it-trazmissjoni tal-virus f’Gaza.
Il-Prim Ministru ta’ Iżrael wissa li dan ma jfissirx li l-attakki intemmu kompletament izda li ser jkun hemm pawsa sakemm jingħataw dawn il-vaċċini.
//= $special ?>