Il-Kunsill Lokali ġdida fil-Mosta kien nieda proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ mar-residenti, NGOs u negozji dwar l-għeluq tal-pjazza tal-Mosta, u kien reġa’ fetaħ l-aċċess għal pjazza sakemm dan il-proċess jitlesta, partikolarment fid-dawl ta’ xogħlijiet li għadhom għaddejjin fit-toroq tal-madwar.
Minkejja dan il-Gvern permezz ta’ Transport Malta għadda romblu minn fuq id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali u r-rieda tar-residenti, u ddeċieda li jerġa’ jagħlaq il-pjazza nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Sibt filgħaxija mingħajr ippjanar u mingħajr konsultazzjoni.
Din hi turija ta’ Gvern li la jikkalkula l-Kunsilli Lokali eletti demokratikament mir-residenti, u lanqas jikkalkula n-nies.
Mark Anthony Sammut
Chris Said
//= $special ?>