Skont stqarrija mill-forzi tas-sigurtà Iżraeljani, il-kap tal-Hamas Wissam Khazen inqatel waqt li kien qiegħed f’karozza.
Kien hemm ukoll attakki mill-arju fejn inqatlu żewġ persuni oħra li kienu qed jippruvaw jaħarbu. Il-Ministru tas-Saħħa Palestinjan ikkonferma li t-tliet irġiel inqatlu matul il-lejl qrib il-belt ta’ Zababdeh, f’Jenin.
Dan l-attakk fix-Xatt tal-Punent qed jiġi meqjus bħala l-akbar attakk f’dawn l-aħħar għoxrin sena, fejn s’issa nqatlu minn tal-inqas 19-il Palestinjan.
Il-midja Palestinjana rrapurtat li l-forzi armati Iżrealjani telqu mill-belt ta’ Tulkarm wara li kkawżaw ħsara serja lil bini fil-kampijiet tar-refuġjati.
Il-gwerra kontinwa f’Gaza qed tqajjem tħassib internazzjonali, bir-Renju Unit jesprimi t-tħassib tiegħu fuq it-tattiċi li qed jużaw l-forzi armati Iżrealjani, waqt li tinsisti li hemm bżonn li l-azzjonijiet militari ma jkomplux.
//= $special ?>