Lokali

Il-gvern jgħaddi gaffa minn fuq il-kunsill tal-Mosta

Waqt li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għaddej bi proċess importanti dwar l-aħjar pjan li għandu jiġi implimentat għall-pjazza ta’ quddiem ir-Rotunda, Transport Malta qabdet u bidlet id-deċiżjoni inizjali li kien ħa l-Kunsill.

Issa, il-Gvern, permezz ta’ Transport Malta se jkun qed jagħlaq l-pjazza tal-Mosta kull nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija.

Dan minkejja d-deċiżjoni ċara tal-Kunsill Lokali Mosta sabiex dan l-għeluq ikun revokat għalissa sakemm titlesta il-konsultazzjoni mar-residenti, in-negozji u l-għaqdiet dwar dan l-għeluq.

Il-Kunsill Lokali stqarr illi jinsab diżappuntat ferm b’dan l-aġir ta’ Transport Malta, li issa tinsab f’idejn Kurt Farrugia – aġenzija tal-Gvern illi qed tgħaddi gaffa minn fuq dak li l-Kunsill Lokali jħoss li huwa l-aħjar għall-Mostin.