Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech isellem il-memorja ta’ Jake Vella

Hekk kif propju l-Ġimgħa filgħodu tħabbret il-mewt ta’ Jake Vella fl-età ta’ 15-il sena l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tiegħu.

F’post fuq il-midja soċjali Bernard Grech qal li Jake żgur li se jibqa’ imfakkar għal qlubija, kuraġġ u d-daħka sabiħa li kellu. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li minkejja l-isfidi kollha li affaċċja Jake huwa qatt ma qata’ qalbu u xorta waħda prova jgħin lil dawk ta’ madwaru.

Apparti minn hekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li Jake kien ta’ ispirazzjoni kbira għall-poplu li b’imħabba kien isegwi l-kisbiet tiegħu.