Il-kunsillieri tal-Partit Laburista f’Birkirkara qed ikomplu jostakolaw il-ħidma importanti li qed jagħmel dan il-Kunsill, li illum għandu maġġoranza Nazzjonalista u huwa immexxi minn Sindku tal-PN.
Fil-fatt, ilbieraħ, issejħet laqgħa b’urgenza tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Iżda għal raġuni mhux magħrufa, minn naħa tal-PL ħadd ma attenda. Bil-kunsillieri Laburisti jinfurmaw fl-aħħar minuta li ma setgħux jattendu.
B’riżultat ta’ dan, il-laqgħa tal-Kunsill ma setgħetx issir għaliex ma kienx hemm il-minimu ta’ kunsilleri meħtieġa (kworum).
Net News huwa infurmat li f’din il-laqgħa kellu jittieħed vot biex fost l-oħrajn toħroġ call sejħa sabiex ikomplu jissaħħu s-servizzi offruti mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara – inkluż, b’aktar ħaddiema.
//= $special ?>