Fid-dawl tal-inkjesta maġisterjali li ntalbet mill-avukat Jason Azzopardi llum dwar racket organizzat fil-LESA biex jitħassru ċ-ċitazzjonijiet u l-punti ta’ ċertu individwi, issa qed joħroġ aktar ċar li kull entità li taqa’ taħt Byron Camilleri hija mifnija rackets kriminali.
Sostnew dan ix-Shadow Ministers Darren Carabott, responsabbli mill-Intern, Sigurtà u Riformi kif ukoll Mark Anthony Sammut responsabbli mit-Trasport u Mobbiltà fejn insistew li ma jistax ikun li dan huwa kumbinazzjoni.
Huma saħqu li jew Byron Camilleri korrott, jew inkompetenti. “Hu x’inhu, il-pożizzjoni tiegħu m’għadhiex aktar tenibbli u għandu jirriżenja.”
Dan filwaqt li temmew jgħidu li jekk mhux kapaċi jieħu din id-deċiżjoni hu, għandu jeħodha Robert Abela u jneħħih minn Ministru.
//= $special ?>