Jake Vella qatta’ ħajtu kollha jissielet u jagħmel dak kollu possibbli biex jgħix bl-aħjar mod il-kundizzjoni partikolari li kellu. U l-mewt tiegħu, żgur li ħalliet sens ta’ sogħba u dieqa enormi f’qalb dawk kollha li xi darba jew oħra kellhom kuntatt miegħu.
Jake Vella miet illum fl-isptar Mater Dei. Hu kellu 15-il sena.
Vella kien atleta u għawwiem li qatta’ snin jipprattika dixxiplini sportivi varji.
Aktar kmieni din is-sena, hu kiser rekord nazzjonali bħala l-iżgħar persuna f’pajjiżna li għamel għawma ta’ 100 kilometru f’pixxina.
Għall-parti l-kbira ta’ ħajtu, Jake Vella baqa’ jissielet il-kundizzjoni rari li kellu – kundizzjoni li minħabba fiha kien iżid fil-piż b’mod mgħaġġel ħafna, minkejja li kien jiekol b’mod san u jitħarreġ regolarment.
Fl-aħħar jiem, il-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar; tant li kien qed jirċievi trattament fl-Isptar Mater Dei – fejn hu miet fl-aħħar sigħat.
//= $special ?>