Futbol Sport

Inter b’rebħa konvinċenti, Torino jirbħu fl-aħħar

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-0 fuq Atlanta. Awto-gowl wara 4 minuti ta’ Berat Djimsiti poġġa lil Inter fil-vantaġġ. Nicolo Barella għamilhom 2-0 mal-għaxar minuta.

Inter komplew fejn ħallew u fit-tieni taqsima skorjaw darbtejn oħra permezz tal-attakkant Franċiż Marcus Thuram.

Torino kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Venezia. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-86 minuta permezz ta’ Saul Coco.