Matul il-ġimgħa li ġejja l-gżejjer Maltin se jintlaqtu minn maltempata oħra, hekk kif s’issa skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċju Meterjoloġiku t-Tnejn u t-Tlieta se tirritorna x-xita.
Apparti minn hekk, il-ġimgħa li ġejja se tkun iddominata minn temp imsaħħab, iżda fl-istess waqt kollox qed jindika li s-sħana se tkompli tippersisti.
Infatti, matul il-ġimgħa li ġejja t-tempertura se tkun qed tlaħħaq it-32 grad celcius. U f’ċertu ġranet it-temperatura se tkun qed tinħass saħansitra 35 grad. Imbagħad matul il-lejl it-temperatura se tinżel għal 24 grad celcius.
U wara li ftit tal-jiem ilu kellna l-ewwel maltempata ta’ dan l-istaġun, il-ġimgħa d-dieħla hemm ċans ta aktar xita – iżda t-temperaturi għoljin se jkomplu jippersistu.
Barra minn hekk, l-Indiċi UV se jibqa’ pjuttost għoli hekk kif matul il-ġimgħa d-dieħla l-indiċi se jvarja bejn 7 u 8 li jfisser li r-raġġi tax-xemx xorta waħda se jkunu f’livell pjuttost għoli.
Intant, dawk kollha li jippreferu l-istaġun xitwi jidher li se jkollhom jistennew ftit taż-żmien ieħor sabiex it-temperatura tibda tiksaħ. U xorta se jibqa’ jiddomina temp tipikament sajfi.
//= $special ?>