Il-poplu mħeġġeġ jipprattika sess sikur
L-Awtoritajiet tas-Saħħa f’Malta kkonfermaw każ importat ta’ Mpox, każ li kien trażmess sesswalment u li jinvolvi raġel li preżentament huwa stabbli u mhux qed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei.
Kelliema għall-Awtoritajiet saħqu li huwa ġie iżolat u preżentament għaddejja ħidma ta’ contact tracing sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-virus fil-Gżejjer Maltin.
Għaldaqstant l-awtoritajiet ħeġġew lill-pubbliku sabiex jieħu l-prekawzzjonijiet li ġejjin biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni;
Ipprattika s-sess sikur u li jkollok konverżazzjonijiet miftuħa ma’ msieħba dwar is-saħħa sesswali.
Evita kuntatt mill-qrib ma’ individwi li juru sintomi ta’ Mpox, bħal deni, raxx, u lymph nodes minfuħin.
Żomm prattiki tajba ta’ iġjene, inkluż ħasil regolari tal-idejn bis-sapun u l-ilma.
Fittex parir mediku jekk ikollok sintomi jew ġejt f’kuntatt ma’ xi ħadd iddijanjostikat b’Mpox.
Filwaqt li s’issa m’hemm l-ebda lok ta’ allarm, il-kooperazzjoni tal-poplu biex iżżomm ma’ dawn il-linji gwida hija essenzjali.
Dan il-virus ilu problemma għas-saħħa fil-kontinent Afrikan sa mill-1970 madanakollu fl-aħħar x-xhur l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ddikkjarata bħala emerġenza globali.
//= $special ?>