Diversi operaturi żgħar tal-Y-plates jinsabu fil-limbu, bil-permessi tagħhom mhux imġedda u bil-ħobża ta’ kuljum mhedda.
Dan hekk kif il-Gvern baqa’ ma rrisolviex il-kunflitt li hemm bejn l-avviż legali li neħħa l-obbligu ta’ permess ta’ Public Service Garage minn fuq l-operaturi ż-żgħar, dejjem sakemm dawn għandhom parkeġġ ġo garaxx fejn iżommu l-vettura jew vetturi li joperaw bihom, u l-kundizzjonijiet tal-permess tal-garaxx fil-liġi tal-ippjanar.
Hemm bżonn li l-Gvern kemm jista’ jkun malajr jikkonsulta ma’ dawn l-operaturi u mal-Kamra tal-Periti sabiex jirranġa dan is-sitwazzjoni, u jagħti serħan il-moħħ lil ħafna self-employed żgħar li minħabba n-nuqqas ta’ direzzjoni tal-Gvern fis-settur tat-trasport qed jispiċċaw ma jistgħux joperaw.
Dan kollu ħareġ fi stqarrija ffirmata mix-Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>