Lokali

Xahrejn wara, u ma ttieħdu l-ebda passi fuq dak żvelat mill-ġurnalisti dwar laqgħa sigrieta fil-ħabs ta’ Kordin – PN

Din il-ġimgħa, ikunu għaddew xahrejn minn meta sar magħruf illi fil-ħabs ġiet organizzata laqgħa sigrieta bejn il-Head of Strategy tal-ħabs ta’ Kordin Svetalna Muscat, Yorgen Fenech, u persuni terzi minbarra l-ħabs.

F’dawn ix-xahrejn kellna silenzju u assenza totali ta’ responsabbiltà jew azzjoni mill-Ministru Byron Camilleri dwar dak li qed jiġri fil-ħabs ta’ Kordin.

Din l-istqarrija hi tfakkira lill-Ministru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri dwar dan il-każ li ġie żvelat mill-ġurnalisti dwar dak li għaddej fil-ħabs ta’ Kordin – u kemm infakkruh li ma nsejniex li ħadd għadu ma ġarr ir-responsabbiltà għal dak illi seħħ, ħadd għadu ma tkellem biex jaġġorna dwar xi żviluppi (jekk kien hemm) dwar dan il-każ, u kif ukoll li għadhom ma ttieħdu l-ebda passi ġudizzjarji biex jassiguraw lill-poplu Malti li fil-ħabs ta’ Kordin teżisti s-saltna tad-dritt.

Dan kollu ħareġ fi stqarrija ffirmata mix-Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi Darren Carabott.