Wara osservazzjoni fuq residenza li allegatament kienet qiegħda tintuża biex minnha tinbiegħ
d-droga, il-Pulizija rnexxielha tidħol minkejja li l-bieb ta’ barra kien imbarrat minn ġewwa bi
struttura tal-ħadid.
Fl-appartament kien hemm ż-żewt irġiel, kif ukoll tliet nisa. Minn tfittxija li saret instabu
numru ta’ qratas b’sustanza suspettata droga kokaina u eroina lesti biex jinbiegħu flimkien
ma’ oġġetti oħra relatati mat-traffikar.
F’aktar tfittxijiet, il-pulizija sabet borża b’madwar 50 gramma sustanza suspettata droga
kokaina flimkien ma’ flus kontanti.
Il-persuni qegħdin jinżamm arrestati fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana. Iż-żewġt irġiel mistennija
jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu quddiem Giannella Camilleri Busuttil