Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, instab bla ħajja mixħut għal tulu fuq il-bankina fi Triq il-Karmnu, San Pawl il-Baħar.
L-informazzjoni għand il-Pulizija bdiet dieħla għall-ħabta ta’ nofsinhar meta r-raġel ġie nnutat bla ħajja fuq il-bankina tant li persuni fil-post sejħu għall-assistenza tal-Pulizija.
Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku biex jgħinu lill-persuna, iżda ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
Mhux magħruf x’wassal għal mewt ta’ din il-persuna għalkemm qed ikun maħsub li r-raġel miet mewta naturali.
//= $special ?>