Illejla u għada, MMG Promotions se ttella’ spettaklu ta’ mużika u dawl fit-Teatru Blue Arena, f’Ħaż-Żabbar.
Fl-isfond tal-arkitettura unika ta’ dan il-post, flimkien ma’ diversi elementi ta’ dawl, MMG Promotions se tkun qed ittella’ żewġ serati differenti li ħa jappellaw għal gosti ta’ kulħadd.
L-ewwel serata se tinvolvi 80s and 90s Night – lejl iddedikat għall-aqwa diski ta’ din l-epoka li se joffri divertiment kbir lil dawk preżenti. Preżenti ser ikun hemm ukoll diversi DJs rinomati fix-xena, li jinkludu lil Pierre B li se jiftaħ il-lejla, u Alex Grech flimkien ma’ DJ Chris Funky Town. Bibien jiftħu fit-8 ta’ filgħaxija.
Il-milja ta’ dan l-ispettklu tintlaħaq nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru, fejn id-DJ Internazzjonali u ta’
fama mondjali fil-muzika Trance, Gabriel & Dresden, se jkunu qed jirritorna lura Malta, wara
nuqqas ta’ 18-il sena. L-imħuħ wara diversi diski kbar bħal Zocalo u As The Rush Comes, se
jkunu qed itellgħu sett ta’ sagħtejn ma’ nżul x-xemx, li żgur se jinżel tajjeb mad-dilettanti ta’ din
l-istil ta’ mużika. DJs oħrajn popolari li se jkunu qed idoqqu matul din il-lejla jinkludu lil Tenishia,
Clay C, JJoy, Ryz’, u NILL.
Bibien għal din l-attivita jiftħu fl-4 ta’ wara nofsinhar.
//= $special ?>